Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2011 — Susanne Leichenich vs Ansbert Peffekoven, Ingo Horeis

(Kawża C-532/11)

2012/C 25/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Susanne Leichenich

Konvenuti: Ansbert Peffekoven, Ingo Horeis

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 13B tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ kiri u ta’ aljenazzjoni ta’ beni immobbli jinkludi l-kiri ta’ barkun, inklużi ż-żona u l-puntun relatati miegħu, li huwa esklużivament maħsub għall-użu fiss u permanenti bħala restorant/diskoteka f’post tal-irmiġġ delimitat u identifikabbli? Din l-evalwazzjoni tiddependi fuq il-mod kif il-barkun huwa marbut mal-art jew fuq l-ispejjeż involuti sabiex jitneħħew il-ganċijiet tad-dgħajsa?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “karozzi” li, skont is-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Marzu 2005 fil-Kawża C-428/02, jinkludi wkoll id-dgħajjes, ma huwiex applikabbli għall-barkun mingħajr mutur propulsiv u li nkera sabiex jintuża esklużivament u b’mod permanenti fil-post inkwistjoni u mhux sabiex jiġi spostat? Il-kiri ta’ barkun u ta’ puntun, inklużi l-art u l-medda ta’ ilma relatati miegħu, jikkostitwixxi servizz uniku eżenti mit-taxxa jew għandu, skont il-każ, isir paragun bejn il-kiri ta’ barkun u dak ta’ puntun mill-perspettiva tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ?


(1)  Direttiva 77/388/KEE: Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)