Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fl-24 ta’ Ottubru 2011 — Woningstichting Maasdriel vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-543/11)

2012/C 25/56

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Woningstichting Maasdriel

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

L-Artikolu 135(1)(k) tad-Direttiva tal-VAT tal-2006 (1) moqri flimkien mal-Artikolu 12(1) u (3) tal-istess direttiva għandu jiġi interpretata fis-sens li fi kwalunkwe każ, l-għoti ta’ art mhux mibnija miksuba grazzi għat-twaqqigħ ta’ bini li kien jinsab fuq din l-art, liema twaqqigħ sar sabiex isir bini mill-ġdid, ma jistax jiġi eżentat mill-VAT?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)