Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (Il-Bulgarija) fit-2 ta’ Novembru 2011 — ET PIGI — P. Dimova vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto”, Varna, pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-550/11)

2012/C 13/15

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen Sad grad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ET PIGI — P. Dimova

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto”, Varna, pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite,

Domandi preliminari

(1)

F’liema każijiet għandu jiġi kkunsidrat li hemm serq tal-proprjetà li ġie debitament ippruvat jew ikkonfermat fis-sens tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 (1) u, f’dan ir-rigward, huwa neċessarju li tiġi stabbilita l-identità tal-persuna li wettqet ir-reat u li tali persuna tkun instabet ħatja definittivament?

(2)

Skont ir-risposta li tingħata għall-ewwel domanda, il-kunċett ta’ “serq tal-proprjetà li ġie [debitament] ppruvat jew ikkonfermat” fis-sens tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 ikopri każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma huwiex ikkontestat mid-dipartiment tat-taxxa, fejn ikunu nbdew proċeduri kontra persuna mhux identifikata minħabba serq, u li abbażi tiegħu ġie konkluż li hemm nuqqas?

(3)

L-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk tal-Artikoli 79(3) u tal-Artikolu 80(2) tal-Liġi dwar il-VAT fid-dawl ta’ prassi tat-taxxa bħal dik fil-kawża priniċpali, li skontha t-taxxa tal-input imħallsa għax-xiri ta’ beni li sussegwentement jinsteraq, għandha tiġi aġġustata minkejja li l-Istat ma jkunx għamel użu mill-possibbiltà li kellu li jipprovdi espliċitament għal każijiet ta’ aġġustamenti tat-taxxa tal-input imnaqqsa f’każ ta’ serq?


(1)  Regolament tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).