Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Staatssecretaris van Financiën vs Pactor Vastgoed BV

(Kawża C-622/11)

2012/C 73/27

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Pactor Vastgoed BV

Domanda preliminari

Is-Sitt Direttiva (1) tippermetti li, f’każ fejn it-tnaqqis tal-VAT applikat inizjalment b’mod konformi mal-Artikolu 20 tagħha jiġi aġġustat fis-sens li l-ammont tat-tnaqqis ikollu jiġi totalment jew parzjalment irrimborsat, dan l-ammont jingħata lil persuna differenti mill-persuna taxxabbli li tkun applikat it-tnaqqis fil-passat, b’mod partikolari — bħal meta jiġi applikat l-Artikolu 12A tal-liġi — lil dik il-persuna li lilha tkun ġiet ittrasferita proprjetà immobbli mill-persuna taxxabbli?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).