Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fid-19 ta’ Diċembru 2011 — Staatssecretaris van Financiën vs X BV

(Kawża C-651/11)

2012/C 73/30

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: X BV

Domandi preliminari

(1)

Iċ-ċessjoni ta’ 30 % tal-azzjonijiet ta’ kumpannija, li dak li jagħmel it-trasferiment ta’ dawn l-azzjonijiet jipprovdilha servizzi suġġetti għall-VAT, hija komparabbli mat-trasferiment ta’ totalità (parzjali) ta’ assi fis-sens tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva u/jew fis-sens tal-Artikolu 6(5) tal-istess direttiva (1)?

(2)

Jekk għandha tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, iċ-ċessjoni inkwistjoni f’din id-domanda hija komparabbli mat-trasferiment ta’ totalità (parzjali) ta’ assi, fis-sens tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva u/jew ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 6(5) tal-istess direttiva, jekk l-azzjonisti l-oħrajn, li jipprovdu wkoll servizzi suġġetti għall-VAT lill-kumpanniji li l-azzjonijiet tagħhom ġew ittrasferiti, jitrasferixxu l-kumplament tal-azzjonijiet ta’ din il-kumpannija lill-istess persuna (kważi) fl-istess ħin?

(3)

Jekk għandha tingħata risposta negattiva wkoll għat-tieni domanda, iċ-ċessjoni msemmija fid-domanda 1 tista’ għaldaqstant titqies bħala t-trasferiment (parzjali) ta’ impriża fis-sens tal-Artikoli 5(8) u 6(5) tas-Sitt Direttiva, fid-dawl tal-fatt li dan it-trasferiment huwa marbut mill-qrib mal-attivitajiet ta’ ġestjoni mwettqa għal din il-parteċipazzjoni?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)