3.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) fid-19 ta’ Diċembru 2011 — Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs vs Paul Newey t/a Ocean Finance
(Kawża C-653/11)
2012/C 65/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
Konvenut: Paul Newey t/a Ocean Finance
Domandi preliminari
(1) |
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, il-qorti nazzjonali x’piż għandha tagħti lil kuntratti meta tiddeċiedi fuq il-kwistjoni dwar liema persuna wettqet provvista ta’ servizzi għall-finijiet tal-VAT? B’mod partikolari, il-pożizzjoni kuntrattwali ta’ persuna hija determinanti sabiex tiġi stabbilita l-pożizzjoni ta’ din il-persuna fir-rigward tal-provvista għall-finijiet tal-VAT? |
(2) |
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, jekk il-pożizzjoni kuntrattwali ma tkunx determinanti, f’liema ċirkustanzi għandha qorti nazzjonali tiddevja mill-pożizzjoni kuntrattwali? |
(3) |
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, sa liema punt huwa rilevanti, b’mod partikolari, il-fatt:
|
(4) |
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, il-qorti nazzjonali għandha tiddevja mill-analiżi kuntrattwali? |
(5) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għar-raba’ domanda, il-konsegwenzi fiskali ta’ arranġamenti bħal dawk fil-kawża preżenti jikkostitwixxu vantaġġ fiskali li l-għoti tiegħu jmur kontra l-għanijiet tas-Sitt Direttiva (1) fis-sens tal-punti 74 sa 86 tas-sentenza tal-21 ta’ Frar 2006, Halifax et, C-255/02, Ġabra p. I-1609? |
(6) |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ħames domanda, kif għandhom jiġu kkwalifikati mill-ġdid arranġamenti bħal dawk fil-kawża preżenti? |
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 09, Vol. 1 p. 23)