Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší Správní Soud (Repubblika Ċeka) fil-11 ta’ Mejju 2011 — Star Coaches s.r.o. vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

(Kawża C-220/11)

2011/C 219/10

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší Správní Soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Star Coaches, s.r.o.

Konvenuta: Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) japplika biss fuq servizzi pprovduti minn aġenziji tal-ivvjaġġar lill-konsumaturi finali ta’ servizz tal-ivvjaġġar (lill-passiġġieri) jew ukoll fuq is-servizzi pprovduti lil persuni oħra (lill-klijenti)?

(2)

Kumpannija tat-trasport li sempliċement tipprovdi trasport ta’ persuni billi tipprovdi trasport bix-xarabank lil aġenziji tal-ivvjaġġar (mhux direttament lill-passiġġieri) u li ma tipprovdix servizzi oħra (akkomodazzjoni, informazzjoni, konsulenza eċċ), tista’ titqies bħala aġenzija tal-ivvjaġġar għall-finijiet tal-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  ĠU L 347, p. 1.