Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (Il-Portugall) fis-16 ta’ Jannar 2012 — TVI Televisão Independente SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-17/12)

2012/C 98/18

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TVI Televisão Independente SA

Konvenuta: Fazenda Pública

Domandi preliminari

(1)

It-taxxa fuq ix-xandir, imponuta mir-rikorrenti fuq ix-xandara, fil-kwalità tagħha ta’ sostituzzjoni għat-taxxa, b’mod konformi mal-Artikolu 50(1) tad-Digriet Liġi Nru 227/2006, taqa’ taħt il-valur taxxabbli tal-VAT fis-sens tal-Artikolu 11(A)(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE (1) (li sar l-Artikolu 79(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2) tat-28 ta’ Novembru 2006), b’mod partikolari peress li tikkostitwixxi l-“ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur” għall-provvisti ta’ oġġetti u ta’ servizzi?

(2)

It-taxxa fuq ix-xandir, imponuta mir-rikorrenti fuq ix-xandara, fil-kwalità tagħha ta’ sostituzzjoni għat-taxxa, u rreġistrata fil-kontabbiltà tagħha f’kont ta’ terzi, għandha taqa’ taħt il-kunċett ta’ “ammonti riċevuti minn persuna taxxabbli mill-konsumatur, bħala ħlas lura għan-nefqa mħallsa fl-isem u għall-konsumatur, u li huma mdaħħla fil-kotba tiegħu f’kont ta’ sospiża” fis-sens tal-Artikolu 11(A)(3)(ċ) tad-Direttiva 77/388/KEE (li sar l-Artikolu 79(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006)?

(3)

Konsegwentement, dawn l-ammonti imponuti mir-rikorrenti abbażi tat-taxxa fuq ix-xandir għandhom jiġu inklużi fil-valur taxxabbli għall-finijiet tal-VAT?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)