Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Leeuwarden (il-Pajjizi l-Baxxi) fit-18 ta’ Jannar 2012 — fiscale eenheid PPG Holdings BV cs vs Inspecteur van de Belastingdienst vs Noord/kantoor Groningen

(Kawża C-26/12)

2012/C 98/24

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Leeuwarden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: fiscale eenheid PPG Holdings BV cs

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Noord/kantoor Groningen

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 17 tad-Direttiva 77/388/KEE (1) (Artikoli 168 u 169 tad-Direttiva 2006/112/KE (2)) jippermetti lil persuna taxxabbli li, fuq il-bażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-irtirar, tkun ħolqot fond tal-pensjoni separat sabiex tiżgura d-drittijiet tal-irtirar tal-ħaddiema tagħha u tal-ħaddiema preċedenti tagħha bħala persuni affiljati f’dan il-fond, tnaqqas it-taxxa li hija ħallset fuq is-servizzi mogħtija lilha sabiex tiżgura l-implementazzjoni tas-sistema tal-irtirar u l-funzjonament tal-fond tal-pensjoni?

(2)

Jista’ fond tal-pensjoni maħluq bl-għan li tiġi kkostitwita, għall-persuni affiljati fih, pensjoni tal-irtirar bl-inqas spiża possibbli, u li fil-kuntest tiegħu jinġieb u jiġi investit kapital mill-persuni affiljati jew għan-nom tagħhom bi qsim tad-dħul mill-investiment, jitqies bħala fond speċjali ta’ investiment fis-sens tal-Artikolu 13 B(d)(6) tad-Direttiva 77/388/KEE (Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112/KE)?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sitema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).