Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

23.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil-15 ta’ Frar 2012 — Felixstowe Dock and Railway Company Ltd, Savers Health and Beauty Ltd, Walton Container Terminal Ltd, AS Watson card Services (UK) Ltd, Hutchison Whampoa (Europe) Ltd, Kruidvat UK Ltd, Superdrug Stores plc vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-80/12)

2012/C 184/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Felixstowe Dock and Railway Company Ltd, Savers Health and Beauty Ltd, Walton Container Terminal Ltd, AS Watson card Services (UK) Ltd, Hutchison Whampoa (Europe) Ltd, Kruidvat UK Ltd, Superdrug Stores plc.

Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

(1)

F’ċirkustanzi fejn:

(a)

Id-dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru (bħar-Renju Unit) jipprovdu li kumpannija (“kumpannija li tagħmel it-talba”) tista’ titlob ħelsien minn taxxa għall-grupp fir-rigward tat-telf imġarrab minn kumpannija miżmuma minn konsorzju (“kumpannija tal-konsorzju”) bil-kundizzjoni li kumpannija li tagħmel parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji bħall-kumpannija li tagħmel it-talba tkun ukoll membru tal-konsorzju (“kumpannija ta’ konnessjoni”), u

(b)

Il-kumpannija parent tal-grupp ta’ kumpannija (li ma tkunx hija stess il-kumpannija li tagħmel it-talba, il-kumpannija tal-konsorzju jew il-kumpannija ta’ konnessjoni) ma hijiex inkorporata fir-Renju Unit jew fi Stat Membru ieħor,

L-Artikoli 49 u 54 TFUE jipprekludu r-rekwiżit li l-“kumpannija ta’ konnessjoni” tkun jew stabbilita fir-Renju Unit jew teżerċita attività kummerċjali fir-Renju Unit permezz ta’ stabbiliment permanenti hemmhekk?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, ir-Renju Unit huwa obbligat jipprevedi rimedju għall-kumpannija li tagħmel it-talba (pereżempju billi din il-kumpannija tkun tista’ titlob ħelsien minn taxxa fir-rigward tat-telf tal-kumpannija tal-konsorzju) f’ċirkustanzi fejn:

(a)

il-“kumpannija ta’ konnessjoni” eżerċitat il-libertà ta’ stabbiliment tagħha iżda l-kumpannija tal-konsorzju u l-kumpannija li tagħmel it-talba ma eżerċitaw ebda waħda mil-libertajiet protetti mid-dritt Ewropew,

(b)

il-konnessjoni/konnessjonijiet bejn il-kumpannija li tittrasferixxi t-telf imġarrab minnha u l-kumpannija li tagħmel it-talba tikkonsisti/jikkonsistu f’kumpanniji li mhux kollha huma stabbiliti fl-UE/fiż-ŻEE.