Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis-17 ta’ Frar 2012 — Skatteverket vs PCF Clinic AB

(Kawża C-91/12)

2012/C 118/31

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteverket

Konvenuta: PCF Clinic AB

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 132(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-VAT (1) għandu jiġi interpretat li jfisser li l-eżenzjoni mit-taxxa li huwa jipprevedi tkopri servizzi bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża u li jikkonsistu fi:

(a)

operazzjonijiet ta’ kirurġija estetika,

(b)

trattamenti estetiċi?

(2)

Din l-evalwazzjoni tiġi effettwata jekk l-operazzjonijiet jew it-trattamenti jitwettqu b’għan ta’ prevenzjoni jew ta’ trattament ta’ mard, ta’ diffetti fiżiċi jew ta’ feriti?

(3)

Jekk l-għan għandu jiġi kkunsidrat, l-għarfien tal-pazjent dwar l-għan tal-intervent għandu jittieħed inkunsiderazzjoni?

(4)

Għal din l-evalwazzjoni, għandu jingħata xi importanza dwar jekk l-intervent isirx minn membru tal-korp mediku awtorizzat, jew għall-fatt li l-għan tal-intervent jiġi deċiż minn tali profesjonista?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).