Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Frar 2012 — Finanzamt Köln-Nord vs Wolfram Becker

(Kawża C-104/12)

2012/C 138/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Köln-Nord

Konvenut: Wolfram Becker

Domandi preliminari

(1)

Ir-rabta diretta u immedjata li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija determinanti għall-interpretazzjoni tal-frażi “għall-iskopijiet fuq it-transazzjoni taxxabbli tiegħu” fis-sens tal-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 77/388 (1), għandha tiġi ddeterminata

skont il-kontenut oġġettiv tas-servizz miksub mill-persuna taxxabbli (f’dan il-każ: attività ta’ avukat kriminali intiża sabiex persuna fiżika ma tkunx suġġetta għal kundanna kriminali) jew

skont il-fatt li ta lok għall-provvista miksuba (f’dan il-każ: attività ekonomika tal-persuna taxxabbli, li fil-kuntest tagħha allegatament twettaq reat kriminali minn persuna fiżika)?

(2)

Jekk huwa determinanti l-fatt li ta lok għall-provvista: persuna taxxabbli li tikkummissjona provvista flimkien ma’ impjegat tibbenefika, skont l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 77/388, minn dritt għal tnaqqis sħiħ jew inkella parzjali biss u, fil-każ ta’ akkwist ta’ provvista minn diversi destinatarji, liema huma r-rekwiżiti li għandhom jiġu osservati meta tinħareġ fattura skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 22(3)(b) tad-Direttiva 77/388?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)