Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-9 ta’ Mejju 2012 — Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr vs Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Linz

(Kawża C-219/12)

2012/C 243/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr

Konvenuta: Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Linz

Intervenjent: Thomas Fuchs

Domanda preliminari

L-operat ta’ installazzjoni fotovoltajka mqabbda man-netwerk, li ma għandhiex impjant indipendenti għall-ħażna tal-elettriku u li tinsab fuq jew qrib residenza privata li tintuża bħala abitazzjoni, u li, minn perspettiva teknika, hija mfassla b’tali mod li l-elettriku prodott mill-installazzjoni huwa konstantament inferjuri għall-ammont totali ta’ elettriku kkonsmat privatament mill-operatur tal-installazzjoni f’daru, hija “attività ekonomika” ta’ dan l-operatur, fis-sens tal-Artikolu 4 tas-Sitt Direttiva 77/288/KEE (1)?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)