Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Mejju 2012 — Corina-Hrisi Tulică vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor

(Kawża C-249/12)

2012/C 243/11

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casație și Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Corina-Hrisi Tulică

Konvenuta: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor

Domanda preliminari

Meta l-bejjiegħ ta’ proprjetà immobbli jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala persuna taxxabbli li għandha tħallas il-VAT u meta l-partijiet stabbilew il-korrispettiv (il-prezz) tal-kunsinna ta’ din il-proprjetà mingħajr ma semmew il-VAT, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-valur taxxabbli huwa kompost:

(a)

mill-korrispettiv (il-prezz) tal-kunsinna tal-proprjetà li ġie stabbilit mill-partijiet wara t-tnaqqis tar-rata tal-VAT jew

(b)

mill-korrispettiv (il-prezz) tal-kunsinna tal-proprjetà li ġie miftihem mill-partijiet?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)