Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní Soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Jiří Sabou vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

(Kawża C-276/12)

2012/C 273/04

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní Soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jiří Sabou

Konvenut: Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jagħti lil persuna taxxabbli d-dritt li tiġi mgħarrfa bid-deċiżjoni tal-amministrazzjoni fiskali li tressaq talba għal informazzjoni taħt id-Direttiva 77/799/KEE (1)? Persuna taxxabbli għandha d-dritt li tipparteċipa fl-ifformular tat-talba indirizzata lill-Istat Membru mitlub? Fil-każ fejn id-dritt Komunitarju ma jagħtix drittijiet bħal dawn lill-persuna taxxabbli, din tal-aħħar tista’ tingħata drittijiet simili taħt id-dritt nazzjonali?

(2)

Persuna taxxabbli għandha d-dritt li tipparteċipa fis-smigħ tax-xhieda fl-Istat Membru mitlub waqt li tkun qed tiġi ttrattata talba għal informazzjoni taħt id-Direttiva 77/799/KEE? L-Istat Membru mitlub għandu l-obbligu li jinforma bil-quddiem lill-persuna taxxabbli bid-data tas-smigħ jekk dan ikun ġie mitlub jagħmel hekk mill-Istat Membru applikant?

(3)

Meta tikkomunika informazzjoni taħt id-Direttiva 77/799/KEE, l-awtorità fiskali tal-Istat Membru mitlub hija meħtieġa li tissodisfa kontenut minimu għat-tweġibiet sabiex ikun stabbilit b’mod ċar minn liema sorsi u permezz ta’ liema modalitajiet hija kienet f’pożizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kkomunikata? Il-persuna taxxabbli tista’ tikkontesta l-eżattezza tal-informazzjoni hekk ipprovduta billi pereżempju tinvoka difetti li allegatament jivvizzjaw il-proċedura li, fl-Istat mitlub, tkun ippreċediet it-trasmissjoni tal-informazzjoni? Jew japplika l-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka u kooperazzjoni, li permezz tiegħu wieħed ma jistax jikkontesta l-informazzjoni kkomunikata mill-amministrazzjoni fiskali mitluba?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1977, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 63).