Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-2 ta’ Lulju 2012 — Minister Finansów vs MDDP Sp. z o.o. Akademia Biznesu, Sp. komandytowa

(Kawża C-319/12)

2012/C 287/38

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenuta: MDDP Sp. z o.o. Akademia Biznesu, Sp. komandytowa

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 132(1)(i), 133 u 134 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112/KE” (1), għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu li l-provvista ta’ servizzi edukattivi mwettqa minn organi li ma humiex ta’ natura pubblika, għal skopijiet kummerċjali, huma eżenti mill-VAT, kif stipulat fl-Artikolu 43(1)(1) tal-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004, dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług, Dz. U. Nru 54, pożizzjoni 535, kif emendata), flimkien mal-Anness 4, Taqsima 7, ta’ din il-liġi, hekk kif kienet fis-seħħ fl-2010?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ konformità ta’ tali eżenzjoni mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE, il-persuna taxxabbli tista’ tagħmel użu minn din filwaqt li tibbenefika mid-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa skont l-Artikolu 168 ta’ din id-direttiva,?


(1)  ĠU L 347, p. 1.