Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof de ’s-Hertogenbosch (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Ottubru 2012 — Granton Advertising BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Haaglanden (kantoor Den Haag)

(Kawża C-461/12)

2013/C 9/51

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof de ’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Granton Advertising BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Haaglanden/kantoor Den Haag

Domandi preliminari

(1)

Il-kliem “sigurtajiet oħrajn” li jidher fl-Artikolu 13(B)(d)(5) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE (1) (li sar, wara l-1 ta’ Jannar 2007, l-Artikolu 135(1)(f) tat-Tmien Direttiva 2006/112/KE, emendata sussegwentement) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi karta Granton, karta trasferibbli użata sabiex jitħallsu (parzjalment) oġġetti u servizzi, u jekk dan huwa l-każ, il-ħruġ u l-bejgħ ta’ tali karta huma eżentati mill-VAT)?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun waħda negattiva, il-kliem “strumenti oħrajn negozzjabbli” li jidher fl-Artikolu 13(B)(d)(3) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE (li sar, wara l-1 ta’ Jannar 2007, l-Artikolu 135(1)(d) tat-Tmien Direttiva 2006/112/KE (2), emendata sussegwentement) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi karta Granton, karta trasferibbli użata sabiex jitħallsu (parzjalment) oġġetti u servizzi, u jekk dan huwa l-każ, il-ħruġ u l-bejgħ ta’ tali karta huma eżentati mill-VAT)?

(3)

Jekk il-karta Granton hija “sigurtà oħra” jew “strument ieħor negozzjabbli” fis-sens iċċitat iktar ’il fuq, il-fatt li huwa prattikament impossibbli li, meta din il-karta tintuża, tinġabar il-VAT relatata mal-(ma parti proporzjonali tal-) prezz imħallas għall-karta, jaffettwa l-kwistjoni tal-eżenzjoni tal-VAT fuq il-ħruġ u l-bejgħ tagħha?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)