20.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fil-5 ta’ Diċembru 2012 — BDV Hungary Trading Kft. (fi stralċ) vs Nemzeti Adó — és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-563/12)
2013/C 114/33
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria (l-Ungerija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BDV Hungary Trading Kft. (fi stralċ)
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 15 tad-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT l-antika”) u l-Artikolu 146 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (2) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT il-ġdida”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasport barra mit-territorju tal-Komunità ta’ prodotti ddestinati għall-esportazzjoni għandu jseħħ f’terminu stabbilit sabiex it-tranżazzjoni tkun tista’ tiġi kkwalifikata bħala bejgħ fuq l-esportazzjoni eżentat? |
(2) |
Il-kundizzjonijiet ta’ kunsinna, il-bona u mala fide, id-diliġenza, jew in-nuqqas eventwali tal-bejjiegħ, tax-xerrej jew tat-trasportatur, is-sena fiskali jew il-fatt li l-prodotti kienu effettivament ġew ittrasportati wara t-terminu stabbilit iżda madankollu qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli għall-istabbiliment tat-taxxa, għandhom jew ma għandhomx effett fuq ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda 1? |
(3) |
Il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li timponi kundizzjonijiet supplimentari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva u li tagħmel l-istabbiliment tal-eżenzjoni fuq l-esportazzjoni suġġett għal numru ta’ kundizzjonijiet oġġettivi li ma jinsabux fid-direttiva, hija konformi mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità? |
(4) |
L-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-VAT l-antika u l-Artikoli 131 u 273 tad-Direttiva tal-VAT il-ġdida għandhom jiġu interpretati fis-sens li sabiex jiġu evitati l-frodi, l-evażjoni u l-abbużi fil-qasam fiskali u sabiex jiġi żgurat il-ġbir preċiż tat-taxxa, l-Istat Membru jista’ jorbot l-eżenzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti ma’ kundizzjonijiet bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 11(1) tal-Liġi LXXIV tal-1992 dwar il-VAT jew fl-Artikolu 98(1) tal-Liġi CXXVII tal-2007 dwar il-VAT? |
(5) |
Il-fatt li f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet li ma jinsabux fl-Artikoli 15 u 156 tad-direttivi l-amministrazzjoni fiskali tikkwalifika mill-ġdid l-esportazzjoni ta’ prodotti eżentata u timponi fuq il-persuna taxxabbli l-ħlas tat-taxxa huwa kompatibbli mal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni u tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva, u jekk iva, taħt liema ċirkustanzi? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.
(2) ĠU L 347, p. 1.