Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Welmory Sp z.o.o. vs Dyrektorowi Izby Skarbowej w Gdańsku

(Kawża C-605/12)

2013/C 79/15

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Welmory Sp z.o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku

Domanda preliminari

Għall-finijiet tal-intaxxar tal-provvisti ta’ servizzi pprovduti mill-kumpannija A, li s-sede tagħha huwa stabbilit fil-Polonja, lill-kumpannija B, li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Europa, l-istabbiliment fiss fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) huwa fejn tinsab is-sede tal-kumpannija A, meta l-kumpannija B teżerċita attività ekonomika billi tuża l-infrastruttura tal-kumpannija A?


(1)  ĠU L 347, p. 1