6.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 101/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Dresser Rand SA vs Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale Ufficio Controlli
(Kawża C-606/12)
2013/C 101/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Genova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dresser Rand S.A.
Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale Ufficio Controlli
Domandi preliminari
(1) |
Tranżazzjoni ta’ trasferiment ta’ merkanzija minn Stat Membru fit-territorju Taljan bil-għan li tiġi vverifikata l-adattabbiltà tal-merkanzija nnifisha għal merkanzija oħra akkwistata fit-territorju nazzjonali, mingħajr ma jkun sar ebda intervent fuq il-merkanzija introdotta fl-Italja, hija attribwibbli għall-kliem “xogħol fuq il-merkanzija” fl-Artikolu 17(2)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) u, f’dan ir-rigward, ikun utli li tiġi evalwata n-natura tat-tranżazzjonijiet bejn F.B. ITMI u DR-IT? |
(2) |
L-Artikolu 17(2)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-leġiżlazzjoni jew lill-prassi tal-Istati Membri l-fakultà li jipprovdu li l-ispedizzjoni jew it-trasport tal-merkanzija jiġu kkunsidrati bħala trasferiment lejn Stat Membru ieħor biss bil-kundizzjoni li l-merkanzija tirritorna fl-Istat Membru li minnu kienet inizjalment intbagħtet jew ġiet ittrasportata? |
(1) ĠU L 347, p. 1