Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Stockholm (l-Isvezja) fis-7 ta’ Jannar 2013 — Skandia America Corporation USA, filial Sverige vs Skatteverket

(Kawża C-7/13)

2013/C 55/12

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Stockholm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skandia America Corporation USA, filial Sverige

Konvenut: Skatteverket

Domandi preliminari

(1)

Provvista ta’ servizzi mixtrija esternament mill-istabbiliment prinċipali ta’ kumpannija f’pajjiż terz lejn il-fergħa tagħha fi Stat Membru, flimkien ma’ allokazzjoni tal-ispejjeż għax-xiri lill-fergħa, jikkostitwixxu tranżazzjonijiet taxxabbli jekk il-fergħa tagħmel parti minn grupp ta’ VAT fl-Istat Membru?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, l-istabbiliment prinċipali fil-pajjiż terz għandu jitqies bħala persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru skont it-tifsira tal-Artikolu 196 tad-Direttiva (1) bil-konsegwenza li x-xerrej għandu jiġi ntaxxat għat-tranżazzjonijiet?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006 L 347, p. 1).