Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Versailles (Franza) fil-25 ta’ Marzu 2013 — Le Rayon d’Or SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-151/13)

2013/C 171/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Le Rayon d’Or SARL

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Domanda preliminari

L-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva (1), imsemmi fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112/KE (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“allowance għal kura” imħallsa mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard lill-istabbilimenti ta’ residenza għal persuni anzjani dipendenti, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L. 174-7 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, u eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 261(1b) u (4) tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa, tikkostitwixxi sussidju direttament marbut mal-prezz tal-provvista ta’ kura mogħtija lir-residenti u li f’dan is-sens tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).