Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-25 ta’ April 2013 — K Oy

(Kawża C-219/13)

2013/C 178/12

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K Oy

Konvenuta: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö, valtiovarainministeriö

Domandi preliminari

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(2) u l-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fil-verżjoni, fir-rigward tal-aħħar punt, introdotta mid-Direttiva 2009/47/KE (2), wara li jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li rata mnaqqsa tal-VAT hija applikata għall-kotba stampati filwaqt li l-kotba maħżuna fuq mezzi materjali oħra bħal CD, CD-ROM jew stikek tal-memorja USB huma suġġetti għal rata normali tat-taxxa?

Ir-risposta tista’ tvarja skont iċ-ċirkustanzi segwenti:

il-ktieb huwa intiża li jinqara jew li jinstema’ (ktieb awdjo);

jeżisti ktieb stampat li fih l-istess kontenut bħall-ktieb jew bħall-ktieb awdjo maħzuna fuq mezz materjali bħal CD, CD-ROM, stikka tal-memorja elettronika jew prodott materjali ieħor simili;

huwa possibbli li jintużaw karatteristiċi tekniċi mogħtija mill-mezz materjali, li ma huwiex karta, bħall-funzjonijiet ta’ tfittxija?


(1)  ĠU L 347, p. 1.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE, tal-5 ta’ Mejju 2009, li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 116, p. 18.