Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale per la Toscana (l-Italja) fil-21 ta’ Mejju 2013 — Equoland Soc. coop. arl vs Agenzia delle Dogane

(Kawża C-272/13)

2013/C 207/53

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale per la Toscana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Equoland Soc. coop. arl

Konvenuta: Agenzia delle Dogane — Ufficio delle Dogane di Livorno

Domandi preliminari

(1)

Skont l-Artikolu 16 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), u l-Artikoli 154 u 157 tad-Direttiva 2006/112/KE (2), it-tqegħid tal-oġġetti importati skont arranġamenti tal-ħażna differenti minn ħażna doganali, jiġifieri skont arranġamenti tal-ħażna tal-VAT, huwa suffiċjenti biex jippermetti eżenzjoni mill-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni, anki fil-każ fejn l-oġġetti ma jitqegħdux fiżikament, iżda biss fuq il-karta?

(2)

Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE u d-Direttiva 2006/112/KE jipprekludu prassi li biha Stat Membru jiġbor il-VAT fuq l-importazzjoni, minkejja l-fatt li din tkun tħallset — b’riżultat ta’ żball jew ta’ irregolarità — bil-mekkaniżmu ta’ reverse charge permezz ta’ awtofatturazzjoni u dħul simultanju fir-reġistru tal-bejgħ u tax-xiri?

(3)

Il-fatt li l-Istat Membru jeżiġi l-ġbir tal-VAT diġà mħallsa bil-mekkaniżmu ta’ reverse charge permezz ta’ awtofatturazzjoni u dħul simultanju fir-reġistru tal-bejgħ u tax-xiri jikser il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).