Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Claudiu Roșu vs Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu — Activitatea de Inspecție Fiscală

(Kawża C-312/13)

(2013/C 226/11)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Claudiu Roșu

Konvenuta: Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu — Activitatea de Inspecție Fiscală

Domanda preliminari

Fil-każ li l-bejjiegħ ikun ġie kklassifikat mill-ġdid bħala persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT u l-korrispettiv (il-prezz) għat-trasferiment tal-proprjetà immobbli jkun ġie stabbilit mill-partijiet, mingħajr ebda riferiment għall-VAT, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-valur taxxabbli huwa kkostitwit:

(a)

mill-korrispettiv (il-prezz) tat-trasferiment tal-proprjetà immobbli stabbilit mill-partijiet bi tnaqqis tar-rata tal-VAT, jew

(b)

mill-korrispettiv (il-prezz) tat-trasferiment tal-proprjetà immobbli miftiehem mill-partijiet.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).