Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Roma (l-Italja) fl-1 ta’ Lulju 2013 — Pier Paolo Fabretti vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-367/13)

2013/C 260/56

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Roma (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pier Paolo Fabretti

Konvenuti: Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale I di Roma — Ufficio Controlli

Domanda preliminari

Il-fatt li jiġi suġġett għall-obbligi ta’ dikjarazzjoni u ta’ tassazzjoni għal finijiet fiskali r-rebħ miksub fi stabbilimenti ta’ logħob ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea minn persuni residenti fl-Italja, kif jistipula l-Artikolu 67(d) tad-Digriet Nru 917 tal-President tar-Repubblika, tat-22 ta’ Diċembru 1986 (test uniku li jikkonċerna t-taxxi fuq id-dħul) jikser l-Artikolu 49 KE jew għandu jiġi kkunsidrat bħala ġġustifikat minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika, fis-sens tal-Artikolu 46 KE?