Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Awwissu 2013 — SC BCR Leasing IFN SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de administrare a marilor contribuabili, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de soluționare a contestațiilor

(Kawża C-438/13)

2013/C 325/22

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC BCR Leasing IFN SA

Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de administrare a marilor contribuabili, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de soluționare a contestațiilor

Domanda preliminari

Is-sitwazzjoni ta’ oġġetti li jkunu s-suġġett ta’ kuntratt ta’ leasing li, wara r-rexissjoni ta’ dan il-kuntratt minħabba nuqqas min-naħa tal-kerrej, ma ġewx irkuprati mill-kumpannija ta’ leasing mingħand il-kerrej, minkejja l-fatt li din il-kumpannija bdiet u kompliet proċeduri legali għall-irkupru tal-imsemmija oġġetti u li, wara r-rexissjoni, hija ma rċeviet ebda somma ta’ flus mill-użu ta’ dawn l-oġġetti, tista’ tiġi kkunsidrata bħala provvista bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/[112]/KE (1) jew, jekk ikun il-każ, bħala provvista ta’ oġġetti bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/[112]/KE?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).