Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-7 ta’ Awwissu 2013 — Société Fonderie 2A vs Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-446/13)

2013/C 304/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Fonderie 2A

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva [77/388/KEE] (1) li jippermettu li jiġi ddefinit il-post ta’ kunsinna intraKomunitarja għandhom iwasslu għall-kunsiderazzjoni li l-kunsinna ta’ oġġett lil klijent f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, wara l-ipproċessar tal-oġġett, f’isem il-bejjiegħ, li sar fl-istabbiliment ta’ kumpannija oħra li tinsab fil-pajjiż tal-klijent, hija kunsinna bejn il-pajjiż tal-bejjiegħ u l-pajjiż tad-destinatarju finali jew kunsinna fil-pajjiż ta’ dan tal-aħħar, mill-istabbiliment fejn sar l-ipproċessar?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).