15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 45/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ottubru 2013 — Finanzamt Dortmund-Unna vs Josef Grünewald
(Kawża C-559/13)
2014/C 45/31
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Dortmund-Unna
Konvenut: Josef Grünewald
Domanda preliminari
L-Artikolu 63 TFUE jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li dħul minn manteniment privat imħallas minn persuni taxxabbli mhux residenti ma jistax jitnaqqas fil-kuntest ta’ trasferiment, permezz ta’donazzjoni bil-quddiem minn parti minn suċċessjoni (suċċessjoni antiċipata), ta’ patrimonju li jinsab fit-territorju nazzjonali u li jiġġenera dħul filwaqt li ħlasijiet ekwivalenti jkunu deduċibbli fil-każ ta’ obbligu fiskali illimitat, minkejja li dan it-tnaqqis iwassal għal obbligu fiskali korrispondenti tal-benefiċjarju tal-benefiċċji (suġġetti għal obbligu fiskali illimitat)?