Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ottubru 2013 — Finanzamt Ulm vs Ingeborg Wagner-Raith, bħala l-aventi kawża tal-mejta Maria Schweier

(Kawża C-560/13)

2014/C 24/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Ulm

Konvenuta: Ingeborg Wagner-Raith, bħala l-aventi kawża tal-mejta Maria Schweier

Parti oħra: Bundesministerium der Finanzen

Domandi preliminari

(1)

Il-moviment liberu tal-kapital, previst fl-Artikolu 73b tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 56 KE mill-1 ta’ Mejju 1999 (1)), ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali [f’dan il-każ l-Artikolu 18(3) tal-Auslandsinvestmentgesetz (Liġi dwar l-investiment barrani)] li tipprevedi, għad-detenturi nazzjonali ta’ holdings f’fondi ta’ investiment barranin, taħt ċerti kundizzjonijiet, iż-żieda, mad-dividendi, ta’ dħul fittizzju ta’ 90 % tad-differenza bejn l-ewwel u l-aħħar valur ta’ redenzjoni tas-sena, b’minimu ta’ 10 % tal-aħħar valur ta’ redenzjoni (jew tal-valur fil-Borża jew fis-suq), fil-każ ta’ holdings f’fondi ta’ Stati terzi, minħabba li r-regola, li essenzjalment ilha l-istess mill-31 ta’ Diċembru 1993, tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi finanzjarji fis-sens tal-klawżola dwar iż-żamma tad-drittijiet kweżiti li tinsab fl-Artikolu 73c(1) tat-Trattat KE [li sar l-Artikolu 57(1) KE mill-1 ta’ Mejju 1999 (2)]?

Sa fejn ir-risposta għall-ewwel domanda ma tkunx affermattiva:

(2)

Il-holding f’tali fond ta’ investiment ibbażat fi Stat terz jikkostitwixxi investiment dirett fis-sens tal-Artikolu 73c(1) tat-Trattat KE [li sar l-Artikolu 57(1) KE mill-1 ta’ Mejju 1999], jew ir-risposta għal din id-domanda tiddependi minn jekk il-holding jagħtix lill-investitur, fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat fejn ikun ibbażat il-fond ta’ investiment jew għal raġunijiet oħra, il-possibbiltà li jipparteċipa effettivament fl-amministrazzjoni jew fil-kontroll tal-fond ta’ investiment?


(1)  Artikolu 63 TFUE.

(2)  Artikolu 64(1) TFUE.