Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil-21 ta’ Novembru 2013 — Staatssecretaris van Financiën; il-parti l-oħra: Fiscale Eenheid X NV cs

(Kawża C-595/13)

2014/C 39/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Il-parti l-oħra: Fiscale Eenheid X NV cs

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 13(B) tas-Sitt Direttiva (1), fil-frażi introduttorja u fil-paragrafu (d)(6) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija maħluqa minn iktar minn investitur wieħed li l-uniku għan tagħha huwa li tinvesti l-patrimonju li huma akkumulaw fil-proprjetà immobbli tista’ tiġi ikkunsidrata bħala fond speċjali ta’ investiment fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: l-Artikolu 13(B) tas-Sitt Direttiva, fil-frażi introduttorja u fil-paragrafu (d)(6) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “immaniġġjar” ikopri wkoll il-ġestjoni effettiva tal-proprjetà immobbli tal-kumpannija li din tal-aħħar fdat f’idejn terzi?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).