Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Frar 2014 – A2A SpA vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-89/14)

2014/C 142/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A2A SpA

Konvenuta: Agenzia delle Entrate.

Domanda preliminari

L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1) u l-Artikoli 9, 11 u 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 659/1999 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, fir-rigward tal-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat sussegwentement għal deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata fis-7 ta’ Ġunju 2002, li l-interessi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 (u b’mod partikolari tal-Artikoli 9 u 11 tiegħu), billi għalhekk tiġi applikata rata ta’ interessi bbażata fuq is-sistema tal-interessi komposti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8,Vol. 1, p. 339.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8,Vol. 4, p. 3).