Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Marzu 2014 – Beteiligungsgesellschaft Larentia + Minerva mbH & Co. KG vs Finanzamt Nordenham

(Kawża C-108/14)

2014/C 159/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Beteiligungsgesellschaft Larentia + Minerva mbH & Co. KG

Konvenuta: Finanzamt Nordenham

Domandi preliminari

1)

Skont liema metodu ta’ kalkolu għandu jiġi kkalkolat it-tnaqqis (parzjali) tat-taxxa tal-input imħallsa minn kumpannija holding fir-rigward ta’ provvisti marbuta mal-akkwist ta’ kapital maħsub sabiex jinxtraw ishma f’kumpanniji sussidjarji meta l-kumpannija holding tipprovdi sussegwentement lil dawn il-kumpanniji (kif previst minn qabel) diversi provvisti suġġetti għat-taxxa?

2)

Id-dispożizzjoni dwar l-assimilazzjoni ta’ diversi persuni bħala persuna taxxabbli waħda, li tinsab fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1), tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi (l-ewwel nett) li persuna ġuridika waħda biss, u għalhekk mhux soċjetà, tista’ tiġi integrata fl-impriża ta’ persuna taxxabbli oħra (l-impriża msejħa dominanti) u li tippresupponi (it-tieni nett) li din il-persuna ġuridika tkun “integrata fl-impriża dominanti” minn aspett finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv (fis-sens ta’ ġerarkija fir-relazzjonijiet)?

3)

Fil-każ li t-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv, persuna taxxabbli tista’ tinvoka direttament it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.