Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Marzu 2014 – “GST-Sarviz AG Germania” vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-111/14)

2014/C 142/36

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“GST-Sarviz AG Germania”

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-VAT hija dovuta darba biss mill-persuna taxxabbli li twettaq provvista taxxabbli ta’ oġġetti jew ta’ servizzi, jew mill-persuna li lilha ssir il-provvista ta’ oġġetti jew ta’ servizzi, iżda mhux mit-tnejn li huma fl-istess ħin, meta l-provvista taxxabbli ta’ oġġetti jew ta’ servizzi titwettaq minn persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilita fl-Istat Membru fejn tkun dovuta l-VAT, u meta dan ikun previst mill-Istat Membru kkonċernat?

2)

Fil-każ li jitqies li l-VAT hija dovuta biss minn persuna waħda minn dawn iż-żewġ persuni – jiġifieri jew mill-fornitur jew mid-destinatarju – meta dan ikun previst mill-Istat Membru kkonċernat, ir-regola li tinsab fl-Artikolu 194 tad-Direttiva għandha tiġi osservata wkoll fil-każijiet fejn id-destinatarju tal-provvista jkun applika b’mod żbaljat il-mekkaniżmu ta’ awtolikwidazzjoni minħabba li jkun ikkunsidra li l-fornitur ma kellux stabbiliment fiss għall-finijiet tal-VAT fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, meta fil-fatt il-fornitur kien waqqaf stabbiliment fiss għall-finijiet tas-servizzi pprovduti?

3)

Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali, bħala prinċipju fundamentali għall-implementazzjoni u għall-funzjonament tas-sistema komuni tal-VAT, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti prassi ta’ kontroll fiskali, bħal dak f’din il-kawża, fejn, minkejja l-proċedura ta’ awtolikwidazzjoni segwita mill-benefiċjarju tas-servizzi, il-VAT reġgħet ittieħdet inkunsiderazzjoni – din id-darba bħala oneru fuq il-fornitur – fid-dawl tal-fatt li l-benefiċjarju kien diġà kkalkola t-taxxa li tikkorrispondi għall-provvista, fid-dawl tal-fatt li huwa eskluż kull riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali u fid-dawl tal-fatt li ma tapplikax il-leġiżlazzjoni prevista fid-dritt nazzjonali għar-rettifika tad-dokumenti fiskali?

4)

Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni nazzjonali, l-awtorità tat-taxxa tirrifjuta lill-fornitur ta’ servizz – servizz li fir-rigward tiegħu l-benefiċjarju kkalkola t-taxxa skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 82 taz-ZDDS – ir-rimbors tal-VAT meħuda inkunsiderazzjoni darbtejn, u dan minkejja li l-awtorità tat-taxxa rrifjutat li tirrimborsa l-VAT meħuda inkunsiderazzjoni darbtejn lill-benefiċjarju minħabba li huwa ma għandux id-dokument fiskali korrispondenti u minkejja li l-leġiżlazzjoni dwar ir-rettifika fil-liġi nazzjonali ma għadhiex applikabbli minħabba li hemm deċiżjoni ta’ aġġustament fiskali valida?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).