Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fis-16 ta’ April 2014 – Skatteministeriet vs DSV Road A/S

(Kawża C-187/14)

2014/C 202/13

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteministeriet

Konvenuta: DSV Road A/S

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi Doganali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm tneħħija minn taħt is-sorveljanza doganali f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali jekk jiġi preżunt a) li kull kunsinna li saret rispettivament fl-2007 u fl-2008 kienet tirrigwarda l-istess merkanzija jew b) li ma setgħex jintwera li din tirrigwarda l-istess merkanzija?

2)

L-Artikolu 204 tal-Kodiċi Doganali (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li dejn doganali jsir dovut f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali jekk jiġi preżunt a) li kull kunsinna li saret rispettivament fl-2007 u fl-2008 kienet tirrigwarda l-istess merkanzija jew b) li ma setgħex jintwera li din tirrigwarda l-istess merkanzija?

3)

L-Artikolu 859 tad-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni (3) għandu jiġi interpretat fis-sens li fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali jeżisti nuqqas li ma kellux konsegwenzi reali fuq il-funzjonament korrett tal-proċedura doganali jekk jiġi preżunt a) li kull kunsinna li saret rispettivament fl-2007 u fl-2008 kienet tirrigwarda l-istess merkanzija jew b) li ma setgħex jintwera li din tirrigwarda l-istess merkanzija?

4)

Stat Membru tal-importazzjoni jista’ jirrifjuta lil persuna nnominata bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT mill-imsemmi Stat it-tnaqqis tal-VAT fuq l-importazzjoni skont l-Artikolu 168(e) tad-Direttiva tal-VAT (4) jekk il-VAT fuq l-importazzjoni hija imposta fuq trasportatur tal-merkanzija kkonċernata li ma huwiex importatur u proprjetarju ta’ din il-merkanzija u li kull ma għamel kien li ttrasporta u wettaq il-kunsinna doganali fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-attività tiegħu ta’ trasportatur tal-merkanzija suġġetta għall-VAT?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo2913/92, tat-12 Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nruo2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2 Vol. 6 p. 3).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).