Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Mejju 2014 – Eurogate Distribution GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

(Kawża C-226/14)

2014/C 303/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurogate Distribution GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/388/KEE (1) jipprekludu l-VAT fuq l-importazzjoni ta’ beni li ġew esportati mill-ġdid bħala beni mhux Komunitarji, li huma madankollu suġġetti għal dejn doganali minħabba ksur tal-obbligu taħt l-Artikolu 204 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2), li fil-każ ineżami jikkonsisti fin-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu, fit-terminu previst, tal-inklużjoni tat-tneħħija tal-merkanzija fir-reġistru ta’ kontabbiltà previst għal dan il-għan, mhux iktar tard minn meta sseħħ it-tneħħija nfisha?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/388/KEE jimponu f’dawn il-każijiet taxxa tal-input fuq l-importazzjoni tal-beni inkwistjoni jew inkella l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni f’dan ir-rigward?

3)

Proprjetarju ta’ maħżen doganali u li, abbażi ta’ provvista ta’ servizzi, jaħżen beni li joriġina minn pajjiż terz fil-maħżen doganali tiegħu, mingħajr ma jkun awtorizzat jiddisponi minn tali beni, huwa suġġett għat-taxxa tal-VAT fuq l-importazzjoni li hija dovuta għan-nuqqas tiegħu li jwettaq obbligu taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 77/388/KEE, moqri flimkien mal-Artikolu 204(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, anki jekk il-beni inkwistjoni ma jintużax għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tiegħu fis-sens tal-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).