Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-5 ta’ Ġunju 2014 – Gmina Wrocław vs Il-Ministru tal-Finanzi

(Kawża C-276/14)

2014/C 303/20

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gmina Wrocław

Konvenut: Il-Ministru tal-Finanzi

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 4(2) moqri flimkien mal-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, entità organizzattiva tal-komun (kollettività lokali tal-Polonja) tista’ tiġi kklassifikata bħala persuna taxxabbli għall-VAT meta teżerċita attivitajiet fi kwalità barra minn dik ta’ awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għalkemm ma tissodisfax il-kundizzjoni ta’ awtonomija (ta’ independenza) li jipprevedi l-Artikolu 9(1) tal-imsemmija direttiva?


(1)  ĠU L 347, p. 1.