Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-15 ta’ Settembru 2014 – Fazenda Pública vs Beiragás – Companhia de Gás das Beiras, SA

(Kawża C-423/14)

(2014/C 439/26)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fazenda Pública

Konvenuta: Beiragás – Companhia de Gás das Beiras, SA

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78(a) tad-Direttiva 2006/112/KE (1), jipprekludu li t-TOS [Taxa de ocupação do subsolo (Taxxa tal-okkupazzjoni ta’ taħt l-art)] imħallsa mid-distributur tal-gass tiġi ttrasferita fuq il-konsumatur finali, hekk kif inhi u b’mod separat mill-prezz li dan tal-aħħar iħallas għall-gass ikkonsmat, jiġifieri, mingħajr ma tiġi inkluża f’dan il-prezz?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għal din l-ewwel domanda, tirriżulta l-ħtieġa li ssir id-domanda li ġejja:

2)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 73 sa 79 tad-Direttiva 2006/112/KE, jipprekludu li t-TOS imħallsa mid-distributur tal-gass ma tiġix ikkunsidrata fil-bażi ta’ taxxa [tal-VAT], meta tiġi ttrasferita lill-konsumatur finali hekk kif inhi u b’mod separat mill-prezz li dan tal-aħħar iħallas għall-gass ikkonsmat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).