Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-15 ta’ Settembru 2014 – Jácint Gábor Balogh vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-424/14)

(2014/C 439/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jácint Gábor Balogh

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

Domandi preliminari

1)

Il-prassi nazzjonali Ungeriża li timponi fuq persuna privata li ma tixtieqx twettaq attività suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud – u li ma taqbiżx il-limitu massimu għall-eżenzjoni – li tiddikjara din l-attività hija kompatibbli mal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikoli 213(1) u 214(1) tad-Direttiva tal-VAT (1)?

2)

L-awtorità fiskali tista’, waqt kontroll a posteriori, tissanzjona n-nuqqas ta’ dikjarazzjoni minkejja li l-limitu massimu għall-eżenzjoni ma nqabiżx?

3)

L-awtorità fiskali tista’, waqt kontroll a posteriori, iċċaħħad lil persuna privata mis-setgħa deċiżjonali tagħha u, billi twarrab il-prinċipju ta’ proċedura ġusta, teskludi l-possibbiltà għal persuna taxxabbli li tagħżel l-eżenzjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, p. 1.