2.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 34/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fis-17 ta’ Novembru 2014 – Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-516/14)
(2015/C 034/11)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos, SA
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Domanda preliminari
L-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 226(6) tad-Direttiva tal-VAT (1) tippermetti lill-Autoridade Tributária e Aduaneira [awtorità tat-taxxa u tat-dwana] tikkunsidra bħala insuffiċjenti d-deskrizzjoni fil-fattura li tinkludi l-kliem “servizzi legali pprovduti minn data speċifika sa llum” jew inkella “servizzi legali pprovduti sa llum”, fid-dawl tal-fatt li din l-awtorità tista’, taħt il-prinċipju ta’ kollaborazzjoni, tikseb l-elementi supplimentari ta’ informazzjoni li hija tqis li huma neċessarji sabiex jiġu kkonfermati l-eżistenza u l-karatteristiċi ddettaljati tat-tranżazzjonijiet?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).