Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fis-17 ta’ Novembru 2014 – Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-516/14)

(2015/C 034/11)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos, SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

L-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 226(6) tad-Direttiva tal-VAT (1) tippermetti lill-Autoridade Tributária e Aduaneira [awtorità tat-taxxa u tat-dwana] tikkunsidra bħala insuffiċjenti d-deskrizzjoni fil-fattura li tinkludi l-kliem “servizzi legali pprovduti minn data speċifika sa llum” jew inkella “servizzi legali pprovduti sa llum”, fid-dawl tal-fatt li din l-awtorità tista’, taħt il-prinċipju ta’ kollaborazzjoni, tikseb l-elementi supplimentari ta’ informazzjoni li hija tqis li huma neċessarji sabiex jiġu kkonfermati l-eżistenza u l-karatteristiċi ddettaljati tat-tranżazzjonijiet?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).