Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Niedersächsisches Finanzgericht (Il-Ġermanja) fit-18 ta’ Novembru 2014 – Senatex GmbH vs Finanzamt Hannover-Nord

(Kawża C-518/14)

(2015/C 034/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Niedersächsisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Senatex GmbH

Konvenut: Finanzamt Hannover-Nord

Domandi preliminari

1)

L-effett ex nunc tal-ewwel emissjoni ta’ fattura, kif stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Terra Baubedarf-Handel, C-152/02 (1), huwa rrelativizzat bis-sentenzi Pannon Gép Centrum, C-368/09 (2), u Petroma Transports et, C-271/12 (3), għall-każ, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ addendum ta’ fattura inkompleta, sa fejn, f’tali każ, il-Qorti tal-Ġustizzja riedet fil-fatt tawtorizza effett retroattiv?

2)

Liema huma r-rekwiżiti minimi meħtieġa sabiex fattura li tista’ tiġi rrettifikata jkollha effett retroattiv? Huwa neċessarju li l-fattura inizjali jkollha numru fiskali jew numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew dawn jistgħu jiġu miżjuda iktar tard bil-konsegwenza li d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa jinżamm abbażi tal-fattura inizjali?

3)

Ir-rettifika ta’ fatturi titqies li tkun saret fi żmien xieraq biss meta tkun saret fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kontestazzjoni kontra d-deċiżjoni (avviż ta’ rettifika) tal-awtorità fiskali?


(1)  ECLI:EU:2004:268

(2)  ECLI:EU:C:2010:441

(3)  ECLI:EU:C:2013:297