Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fis-27 ta’ Novembru 2014 – Ordre des barreaux francophones et germanophone et vs Conseil des ministres

(Kawża C-543/14)

(2015/C 046/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ordre des barreaux francophones et germanophone et,

Vlaams Netwerk van Verenigingen waar armen het woord nemen ASBL et,

Jimmy Tessens et,

Orde van Vlaamse Balies,

Ordre des avocats du barreau d’Arlon et

Konvenut: Conseil des ministres

Domandi preliminari

1)

a)

Peress li tissuġġetta s-servizzi pprovduti mill-avukati għall-VAT, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni, fir-rigward tad-dritt għall-assistenza minn avukat u tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, il-fatt jekk l-individwu li jibbenefika mill-għajnuna legali huwiex suġġett jew le għall-VAT, id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), hija kompatibbli mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 14 tal-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Bniedem, sa fejn dan l-artikolu jirrikonoxxi lil kull persuna d-dritt għal smigħ ġust, il-possibbiltà li tieħu parir, li jkollha difiża u li tkun irrappreżentata, u d-dritt għal għajnuna legali għal dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, meta din l-għajnuna tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja?

b)

Għall-istess raġunijiet, id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, hija kompatibbli mal-Artikolu 9(4) u (5) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’ Århus fil-25 ta’ Ġunju 1998, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja mingħajr ma n-nefqa relatata ma’ dawn il-proċedura ma tista’ tkun projbittiva u permezz tal-“implementazzjoni ta’ mekaniżmi adegwati ta’ assistenza intiżi li jeliminaw jew li jnaqqsu l-ostakoli finanzjarji jew ta’ natura oħra li jostakolaw l-aċċess għall-ġustizzja”?

c)

Is-servizzi pprovduti mill-avukati fil-kuntest ta’ sistema nazzjonali ta’ għajnuna legali jistgħu jiġu inklużi fis-servizzi koperti mill-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva 2006/112/KE, iċċitata iktar ’il fuq, li huma relatati mill-qrib mal-għajnuna u mas-sigurtà soċjali, jew jistgħu jiġu eżentati bis-saħħa ta’ dispożizzjoni oħra tad-Direttiva? Fil-każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda, id-Direttiva 2006/112/KE, interpretata fis-sens li ma tippermettix li jiġu eżentati mill-VAT is-servizzi pprovduti mill-avukati lil individwi li jibbenefikaw mill-għajnuna legali fil-kuntest ta’ sistema nazzjonali ta’ għajnuna legali, hija kompatibbli mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 14 tal-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Bniedem?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domandi magħmula taħt il-punt 1, l-Artikolu 98 tad-Direttiva 2006/112/KE, sa fejn ma jipprevedix il-possibbiltà li tiġi applikata r-rata mnaqqas tal-VAT għas-servizzi pprovduti mill-avukati, jekk ikun il-każ skont jekk l-individwu li ma jibbenefikax mill-għajnuna legali huwiex jew le suġġett għall-VAT, huwa kompatibbli mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 14 tal-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Bniedem, sa fejn dan l-artikolu jirrikonoxxi lil kull persuna d-dritt għal smigħ ġust, il-possibbiltà li tieħu parir, li jkollha difiża u li tkun irrappreżentata, u d-dritt għal għajnuna legali għal dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, meta din l-għajnuna tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domandi magħmula taħt il-punt 1, l-Artikolu 132 tad-Direttiva 2006/112/KE huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni rrikonoxxuti fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, sa fejn ma jipprevedix, fost l-attivitajiet ta’ interess ġenerali, l-eżenzjoni tal-VAT favur is-servizzi pprovduti mill-avukati, meta servizzi oħra huma eżentati bħala attivitajiet ta’ interess ġenerali, bħalma huma pereżempju s-servizzi mwettqa mis-servizzi postali pubbliċi, diversi servizzi mediċi jew inkella servizzi marbuta mat-tagħlim, mal-isport jew mal-kultura, u meta din id-differenza fit-trattament bejn is-servizzi pprovduti mill-avukati u s-servizzi eżentati taħt l-Artikolu 132 tad-Direttiva tqajjem dubji suffiċjenti peress li s-servizzi pprovduti mill-avukati jikkontribwixxu għar-rispett ta’ ċerti drittijiet fundamentali?

4)

a)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domandi magħmula taħt il-punti 1 u 3, l-Artikolu 371 tad-Direttiva 2006/112/KE jista’ jiġi interpretat, inkonformità mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fis-sens li jawtorizza lil Stat Membru tal-Unjoni jżomm parzjalment fis-seħħ l-eżenzjoni tas-servizzi pprovduti minn avukati meta dawn is-servizzi jiġu pprovduti lil individwi li ma humiex suġġetti għall-VAT?

b)

L-Artikolu 371 tad-Direttiva 2006/112/KE jista’ jiġi interpretat ukoll, inkonformità mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fis-sens li jawtorizza lil Stat Membru tal-Unjoni jżomm parzjalment fis-seħħ l-eżenzjoni tas-servizzi pprovduti minn avukati meta dawn is-servizzi jiġu pprovduti lil individwi li jibbenefikaw mill-għajnuna legali fil-kuntest ta’ sistema nazzjonali ta’ għajnuna legali?


(1)  ĠU L 347, p. 1.