Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

9.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Udine (l-Italja) fit-28 ta’ Novembru 2014 – Degano Trasporti S.a.s. di Ferruccio Degano & C. in liquidazione

(Kawża C-546/14)

(2015/C 081/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Udine

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Degano Trasporti S.a.s. di Ferruccio Degano & C. in liquidazione

Domanda preliminari

Il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(3) TUE u tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), kif diġà ġew interpretati fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-132/06, EU:C:2008:412 u Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-174/07, EU:C:2008:704 u Belvedere Costruzioni, C-500/10, EU:C:2012:186, jipprekludu wkoll li dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali (u, għalhekk, f’dan il-każ, interpretazzjoni tal-Artikoli 162 u 182b tal-liġi Taljana dwar il-falliment) tagħmel ammissibbli proposta ta’ ftehim mal-kredituri li permezz tiegħu d-debitur jipprevedi li jillikwida l-patrimonju tiegħu u li jħallas biss parzjalment id-dejn li għandu mal-Istat fir-rigward tal-VAT, fil-każ li ma jużax l-istrument tat-tranżazzjoni fiskali u li, fid-dawl tal-konstatazzjonijiet ta’ espert indipendenti u wara stħarriġ formali mill-Qorti Ġenerali, ma huwiex prevedibbli li jsir ħlas ikbar ta’ dan id-dejn fil-każ ta’ falliment?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).