Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

19.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Marzu 2014 – Itales OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

(Kawża C-123/14)

2014/C 151/18

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Itales OOD

Konvenuta: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta merkanzija tinbiegħ lil terz, ix-xiri tagħha jnissel dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input, anki meta ma jkun hemm ebda prova li l-fornitur preċedenti kellu fil-pussess tiegħu merkanzija ta’ dan it-tip?

2)

Prassi amministrattiva bħal dik applikata min-Natsionalna agentsiya za prihodite, li tikkonsisti fir-rifjut lill-persuni taxxabbli taħt il-Liġi Bulgara dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input, minħabba l-assenza ta’ provi tal-oriġini tal-merkanzija, mingħajr ma tqajjem dubju dwar parteċipazzjoni fi frodi fiskali u/jew mingħajr ma tindika elementi oġġettivi li jippermettu li jiġi stabbilit li l-persuna taxxabbli kkonċernata kienet taf jew kien imissha kienet taf li t-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt għal tnaqqis kienet involuta fi frodi, hija kompatibbli mad-Direttiva 2006/112/KE u mal-ġurisprudenza dwar l-interpretazzjoni tal-imsemmija direttiva?


(1)  ĠU L 347, p. 1