Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

9.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/10


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fis-7 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-219/10, Autogrill España vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-20/15 P)

(2015/C 081/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Autogrill España, S.A.

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettaq żball ta’ liġi, billi interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) TFUE, u, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ selettività ta’ għajnuna mill-Istat li jinsab fl-artikolu msemmi.

Dan l-uniku aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet, misluta mill-iżball ta’ liġi msemmi:

fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali żbaljat billi rrikjediet, sabiex turi li miżura hija selettiva, l-obbligu li jiġi ddeterminat grupp ta’ impriżi b’karatteristiċi speċifiċi u inerenti (identifikabbli ex ante); u

fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ selettività billi wettqet distinzjoni artifiċjali bejn l-għajnuna għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u l-għajnuna għall-esportazzjoni ta’ kapital.