Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

11.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-2 ta’ Frar 2015 – Minister Finansów vs BRE Ubezpieczenia Sp. z o.o. bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f’Varsavja

(Kawża C-40/15)

(2015/C 155/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Minister Finansów

Konvenuta: BRE Ubezpieczenia Sp. z o.o., bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f’Varsavja

Domanda preliminari

L-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvisti ta’ servizzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża ineżami, li jitwettqu għal impriża ta’ assigurazzjoni minn terz f’isem u fl-interess tal-assiguratur, fejn it-terz ma jkollu ebda relazzjoni legali mal-assigurat, huma inklużi fl-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni?


(1)  ĠU L 347, p. 1.