Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

29.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Košiciach (is-Slovakkja) fid-9 ta’ Marzu 2015 – Kovozber s.r.o. vs Daňový úrad Košice

(Kawża C-120/15)

(2015/C 213/22)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Košiciach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kovozber s.r.o.

Konvenut: Daňový úrad Košice

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 183(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, kif emendata bid-Direttiva 2006/138/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex tiddefinixxi l-kundizzjonijiet għar-rimbors ta’ eċċess tal-VAT, tissuġġetta l-għoti tal-interessi moratorji (marbuta mar-rimbors tardiv tal-VAT) għall-iskadenza ta’ terminu ta’ għaxart’ijiem li jibda jiddekorri mill-għeluq tal-proċedura ta’ verifika fiskali maħsuba sabiex tistabbilixxi l-fondatezza tad-dritt ta’ rimbors tal-eċċess tal-VAT?

2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, il-qorti nazzjonali hija obbligata, permezz ta’ evalwazzjoni diskrezzjonali bbażata fuq raġunament legali b’analoġija, li tiddefinixxi sistema legali adegwata għall-każijiet li fihom il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tissuġġettax l-interessi moratorji għall-iskadenza tat-terminu ta’ għaxart’ijiem mill-għeluq tal-proċedura ta’ verifika fiskali?


(1)  ĠU L 347, p. 1.