3.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 254/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Münster (il-Ġermanja) fl-24 ta’ April 2015 – Kreissparkasse Wiedenbrück vs Finanzamt Wiedenbrück
(Kawża C-186/15)
(2015/C 254/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Münster
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kreissparkasse Wiedenbrück
Konvenut: Finanzamt Wiedenbrück
Domandi preliminari
1) |
L-Istati Membri huma marbuta li japplikaw ir-regola ta’ arrotondament li tinsab fl-Artikolu 175(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema ta’ taxxa komuni fuq il-valur miżjud (1) fil-każijiet fejn il-proporzjon ta’ tnaqqis huwa kkalkolat skont wieħed mill-metodi speċjali stipulati fil-punti (a), (b), (ċ) jew (d) tal-Artikolu 173(2) ta’ din id-direttiva? |
2) |
L-Istati Membri huma marbuta li japplikaw ir-regola ta’ arrotondament li tinsab fl-Artikolu 175(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema ta’ taxxa komuni fuq il-valur miżjud fil-każ ta’ aġġustament tat-taxxa tal-input li jkun sar skont l-Artikoli 184 et seq ta’ din id-direttiva fil-każijiet fejn il-proporzjon ta’ tnaqqis fis-sens tal-Artikolu 175(1) ta’ din id-direttiva huwa kkalkolat skont wieħed mill-metodi speċjali stipulati fil-punti (a), (b), (ċ) jew (d) tal-Artikolu 173(2) ta’ din id-direttiva jew skont il-punti (a), (b), (ċ) jew (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima? |
3) |
L-Istati Membru huma marbuta jaġġustaw it-tnaqqis skont l-Artikoli 184 et seq tad-Direttiva 2006/112/KE billi japplikaw ir-regola ta’ arrotondament – it-tieni domanda – b’tali mod li jkun hemm arrotondament tal-ammont tal-VAT tal-input suġġett għal aġġustament ’il fuq jew ’l isfel għal numru sħiħ ta’ perċentwali favur il-persuna taxxabbli? |
(1) ĠU 2006 L 347, p. 1.