Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

5.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fis-7 ta Lulju 2015 – Christine Nigl et

(Kawża C-340/15)

(2015/C 328/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christine Nigl, Gisela Nigl sen., Gisela Nigl jun., Josef Nigl jun., Martin Nigl

Konvenut: Finanzamt Waldviertel

Domandi preliminari  (1)  (2)

1)

Tliet gruppi ta’ persuni li huma komposti minn diversi membri ta’ familja waħda, li jidhru bħala tali b’mod indipendenti fil-konfront tal-fornituri tagħhom u fil-konfront tal-awtoritajiet pubbliċi, li kull wieħed minnhom għandu, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ beni ekonomiċi, il-mezzi tal-operat proprji tiegħu, iżda li jikkummerċjalizzaw parti kbira mill-prodotti tagħhom taħt trade mark komuni permezz ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju li l-ishma tagħha huma miżmuma mill-membri tal-gruppi ta’ persuni kif ukoll minn membri oħra tal-familja, huma tliet impriżi indipendenti (persuni taxxabbli)?

2)

Fil-każ li t-tliet gruppi ta’ persuni ma għandhomx jitqiesu li huma tliet impriżi indipendenti (persuni taxxabbli), huma allura

a)

l-kumpannija b’kapital azzjonarju li tiżgura l-kummerċjalizzazzjoni, jew

b)

grupp ta’ persuni kompost mill-membri tat-tliet gruppi ta’ persuni, li ma jidhirx bħala tali fis-suq la fil-konfront tal-fornituri u lanqas fil-konfront tal-klijenti, jew

c)

grupp ta’ persuni kompost mit-tliet gruppi ta’ persuni u mill-kumpannija b’kapital azzjonarju, li ma jidhirx bħala tali fis-suq la fil-konfront tal-fornituri u lanqas fil-konfront tal-klijenti, li għandhom jitqiesu li huma impriża indipendenti?

3)

Fil-każ li t-tliet gruppi ta’ persuni ma għandhomx jitqiesu li huma tliet impriżi indipendenti (persuni taxxabbli), ir-rifjut ta’ din il-kwalità ta’ impriża (persuna taxxabbli)

a)

jista’ jiġi invokat fil-konfront tagħhom b’mod retroattiv, jew

b)

jista’ jiġi invokat fil-konfront tagħhom fil-futur biss, jew

c)

ma jista’ jiġi invokat fil-konfront tagħhom bl-ebda mod,

jekk, inizjalment, dawn il-gruppi ta’ persuni kienu, wara kontrolli fiskali, irrikonoxxuti mill-Finanzamt [Uffiċċju tal-finanzi] bħala impriżi indipendenti (persuni taxxabbli)?

4)

Fil-każ li t-tliet gruppi ta’ persuni għandhom jitqiesu li huma tliet impriżi indipendenti (persuni taxxabbli), dawn il-persuni, bħala persuni li jkabbru l-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid u, għaldaqstant, bħala produtturi agrikoli, huma bdiewa koperti mis-sistema ta’ rata fissa f’sitwazzjoni fejn, filwaqt li kull wieħed minn dawn il-gruppi ta’ persuni, li jikkooperaw fuq il-livell ekonomiku, jaqa’ individwalment taħt is-sistema ta’ rata fissa għall-produtturi agrikoli, il-kumpannija b’kapital azzjonarju, grupp ta’ persuni speċifiku kkostitwit minn membri tat-tliet gruppi ta’ persuni jew grupp ta’ persuni speċifiku kkostitwit mill-kumpannija b’kapital azzjonarju u minn membri tat-tliet gruppi ta’ persuni huma esklużi minn din is-sistema mid-dritt nazzjonali minħabba d-daqs tal-azjenda jew minħabba l-forma ġuridika?

5)

Fil-każ li s-sistema ta’ rata fissa għall-produtturi agrikoli għandha bħala prinċipju tiġi eskluża għat-tliet gruppi ta’ persuni, din l-esklużjoni

a)

tapplika b’mod retroattiv, jew

b)

tapplika biss għall-futur, jew

c)

ma tapplika bl-ebda mod?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).